STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.Poġġi l-likwidi u ikel artab fil-kontenitur l-ewwel, u oġġetti solidi u silġ l-aħħar. Għalkemm mhux meħtieġ għall-ipproċessar, jista' jkun li tkun tixtieq tqatta' l-ikel f'biċċiet iżgħar għal kejl iktar preċiż ta' l-ingredjenti. Frott maħlul jew parzjalment maħlul mis-silġ hu rakkomandat. Il-veloċità HIGH (jew l-ogħla buttuna fuq il-mudelli b'kontrolli elettroniċi) hi rakkomandata għal taħlit qawwi.

2.Poġġi l-kontenitur fuq il-bażi tal-mutur billi tallinjah fuq is-centering pad ankrat mal-bażi. (Il-mutur għandu jitwaqqaf kompletament qabel tpoġġi l-kontenitur f'postu.) Il-kontejners m'għandhomx jintużaw għal materjali iebsin u xotti. Evita li tħaddem il-magna bil-kontenitur vojt.

3.Dejjem għandek tħaddem il-magna bl-għatu ta' żewġ biċċiet komplet imsakkar f'postu (ħlief jekk l-accelerator tool/tamper tiddaħħal minn ġol-għatu, jew għal applikazzjonijiet tal-PBS, meta l-isplash guard tkun f'postha). Jekk tkun qed tħallat ingredjenti jaħarqu, l-għatu jrid jissakkar f'postu b'mod sigur. Meta tkun qed tipproċessa likwidi jaħarqu, TUŻAX għatu non-latching jew ta' bicċa waħda.

4.Agħżel is-settings mixtieqa tat-timer jew il-programm tal-pre-set blending. Għal magni b'veloċità varjabbli jew b'kontrolli HIGH/LOW, agħżel il-veloċità mixtieqa. Il-biċċa l-kbira ta' l-ikel jitħallat fuq il-veloċità HIGH. Ibda ikel tqil jew oħxon fuq veloċità baxxa jew varjabbli, imbagħad aqleb fuq veloċità HIGH ġaladarba jkun beda l- ipproċessar tat-taħlita. Taħlitiet jaħarqu u kontenituri mimlijin ħafna għandhom jinbdew fuq veloċità LOW jew VARIABLE, u mbagħad għandek taqleb fuq veloċità HIGH.

4a. Jekk it-taħlita tieqaf tiċċirkola, x'aktarx li tkun qbadt bużżieqa ta' l-arja. Għandek jew iddaħħal l-accelerator tool/tamper (li tinbiegħ separatament għal xi mudelli) minn ġol-għatu waqt li tkun tħallat, jew twaqqaf il-mutur, tneħħi l-kontenitur mill-bażi u tħawwad jew tiġbor it-taħlita mill-ġnub tal-kontenitur għan-nofs tiegħu, billi tuża spatula tal-lastku biex tagħfas kwalunkwe bżieżaq ta' arja lilhemm mix-xfafar. Poġġi l-għatu f'postu u kompli ħallat.

4b. Minħabba l-veloċità tat-taħlit tal-magna, il-ħin ta' l-ipproċessar jitnaqqas ħafna milli minn dak ta' magni ta' manifatturi oħrajn. Sakemm tidra l-veloċità, oqgħod attent/a għat-taħlita biex tevita taħlit eċċessiv.

5.Wara li l-blender ikun waqaf, stenna sakemm ix-xafra tkun waqfet kompletament qabel ma tneħħi l-għatu u/jew il-konteniturmill-bażital-mutur.

6.Neħħi l-kontenitur, ferra', ipprepara/żejjen u servi x-xarba.

7.Itfi l-magna (OFF) u/jew aqla' l-plagg tal-magna bil-lejl jew kull meta l-magna tkun ser titħalla waħidha.

Tipps dwar il-Manutenzjoni:

QATT m'għandek tħabbat il-kontenitur ma' xi wiċċ biex taqla' l-ingredjenti. Neħħi l-kontenitur minn fuq il-bażi u uża spatula tal-lastku biex tneħħi taħlitiet ħoxnin mill-qiegħ tal-kontenitur.

QATT m'għandek iċċaqlaq jew ittektek fuq il-kontenitur waqt li dan ikun qed jintuża.

QATT m'għandek tneħħi l-kontenitur qabel ma l-magna tkun waqfet għal kollox.

QATT m'għandek tqabbad il-mutur qabel ma l-kontenitur ikun f'postu.

Struzzjonijiet Addizzjonali għall-Portion Blending System (PBS) Ice Bin

1. TIMLIEX l-ice bin fl-livell ogħla mix-xifer ta' l-ice bin.

2. Aċċerta ruħek li l-għatu ta' l-ice bin ikun f'postu kif suppost qabel ma tħaddem il-magna.

3. TPOĠĠIX oġġetti fuq il-kontenitur jew tmiss il-kontenitur waqt li l- magna tkun qed taħdem. Dan ser jaffettwa l-kontroll tal-porzjon tas- silġ.

4. Uża silġ minn magna li tagħmel is-silġ, għax dan it-tip ta' silġ jaħdem l-aħjar fil-PBS. Il-forma u d-daqs tal-kubu tas-silġ jista' jaffettwa l- operat tal-magna. Iktar ma s-silġ ikun kiesaħ, xott u iebes, iktar ir- riżultati tat-taħlita ser ikunu aħjar. TUŻAX blokki tas-silġ jew biċċiet kbar ta' kubi ta' silġ li ma jkunx isseparat. Evita li tuża silġ tal-boroż li jkun maħżun fil-friża f'temperaturi estremament baxxi. L-użu ta' dan it- tip ta' silġ jista' jirriżulta fl-iffriżar tax-shaver. Meta jkollok tuża silġ tal- boroż, dan għandu jinħażen f'kontenitur għas-silġ għal mill-inqas siegħa qabel l-użu.

TWISSIJA:

Jekk tosserva xi bidla fil-ħoss tal-magna jew jekk xi oġġett iebes jew barrani jmiss max-xfafar, ISSERVIX ix-xorb/ikel Eżamina l-immuntar tax-xafra għal partijiet maħlulin, maqsumin jew neqsin. Jekk xi partijiet ikunu maħlulin, nieqsa jew maqsuma, ibdlu ma' immuntar ġdid tax-xafra. (Ara il-Manwal dettaljat tal-blender dwar l-Użu u Kif Tieħu Ħsiebu online għal iktar dettalji.)

NOTI IMPORTANTI!

Għal mudelli b'kontrolli elettroniċi: Fuq l-unitajiet kollha, il-built-in thermal protector iżomm rekord tat-temperaturatal-mutur u ser iwissi lill-utent u eventwalment jitfi l-mutur jekk il-mutur ikun qed jisħon iżżejjed. Meta jkun saħan iżżejjed, id-displej ser tgħid lill-utent biex ineħħi l-kontenitur u jħaddem il-magna sakemm tiksaħ. Dan jieħu madwar żewġ minuti. Meta t-thermal protector jitfi l-mutur, eżamina mill-ġdidil-metodi li bihom tipproċessa u l-istruzzjonijiet.Ir-riċetti tiegħek jistgħu jkunu ħoxnin wisq jew ikun fihom materjal eċċessiv. Ikkunsidra li żżid iktar likwidu jew li tittestja programm ieħor.

Għal mudelli bi pre-set programming dials jew swiċċijiet: It-thermal protector jista' jifti l-mutur biex jipproteġih minn sħana eċċessiva. Biex tqabbdu mill-ġdid, stenna l-mutur jiksaħ, bil-provvistatad-dawl mitfija (sa 45 minuta). It-tkessiħ jista' jitħaffef billi tpoġġi l-bażital-mutur f'post frisk. L-ewwel għandek taqla' l-plagg. Biex tħaffef il-proċess, ipprova ċċirkola l-arja b'vacuum jew b'fann li jkun iħares lejn il-qiegħtal-bażi. Meta t-thermal protector jitfi l-mutur, eżamina mill-ġdidil-metodi li bihom tipproċessa u l-istruzzjonijiet.Ir-riċetti tiegħek jistgħu jkunu ħoxnin wisq (żid il-likwidu), setgħu damu ħafna jiġu pproċessati f'setting ta' veloċità baxx wisq (ipprova programm ieħor ta' pre-set blending, jekk ikun disponibbli), jew ikun fihom materjal eċċessiv. Jekk il-mutur jidher li qed jisħon iżżejjed, iżda t-thermal protector ikun għadu ma tefiex il-magna, waqqaf il-magna u neħħi l-kontenitur minn fuq il-bażi.

Għall-blenders BarBoss u Drink Machine Timer: Issettja t-timer għal 20 sekonda. Ixgħel il-magna (ON) u ħalliha taħdem għal 20 sekonda. Irrepeti dan il-pass għal 3 darbiet għal total ta' 1 minuta. Oqgħod attent/a li qatt ma tmiss xi partijiet li jkunu jiċċaqilqu x'ħin tkun qed tużah.

Għat-Two-Speed jew Variable Speed Drink Machines, Vita-Pro u Vita-Prep blenders: Issettja d-dial fuq HIGH (#10). Ixgħel il-magna u ħalliha taħdem għal 1 minuta. Oqgħod attent/a li qatt ma tmiss xi parti li tkun tiċċaqlaq x'ħin tkun qed tużaha.

Kellem lil Vita-Mix®Technical Support jew lid-distributur lokali tiegħek ta' Vita-Mix għal għajnuna addizzjonali jekk ikun meħtieġ.

79

Page 79
Image 79
Vita-Mix 101807 manual Struzzjonijiet Ġenerali

101807 specifications

The Vita-Mix 101807 is a high-performance blender designed for both home and professional use, providing exceptional versatility in the kitchen. Known for its robust construction and innovative features, the 101807 model stands out as a favorite among chefs and cooking enthusiasts alike.

At the heart of the Vita-Mix 101807 is its powerful motor, equipped with a 2.2 peak horsepower capacity that can effortlessly blend a variety of ingredients. This substantial power allows for smooth blending of tougher items, such as frozen fruits and vegetables, nuts, and ice, making it an ideal choice for smoothies, soups, sauces, and even ice cream. Its efficient blending capabilities not only save time but also help to preserve the nutrient content of the ingredients.

One of the key technologies featured in the Vita-Mix 101807 is its variable speed control, which allows users to achieve the desired texture and consistency of their blends. This feature empowers home cooks and professionals to fine-tune the blending process for different recipes, whether they prefer a chunky salsa or a silky purée. The pulse feature adds an additional layer of control, enabling quick bursts of blending for more texture variation.

The design of the 101807 model includes a large, 64-ounce container, which is perfect for preparing larger batches. This container is constructed from durable, BPA-free plastic, ensuring that it can withstand frequent use while being safe for food consumption. The container also features measurement markings, making it easy to measure ingredients accurately.

Another notable characteristic of the Vita-Mix 101807 is its self-cleaning capability. With just a drop of dish soap and warm water, the blender can clean itself in under a minute, simplifying the post-cooking cleanup process and enhancing user convenience.

Overall, the Vita-Mix 101807 embodies a combination of power, versatility, and ease of use. With its advanced blending technologies and user-friendly features, it is a valuable addition to any kitchen, delivering exceptional performance that meets the needs of both casual cooks and culinary professionals. Whether making smoothies, soups, or nut butters, the Vita-Mix 101807 stands unrivaled in providing consistent, high-quality results.