IMPORTANTI
STRUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ GĦALL-WIRING U
L-INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR
L-istruzzjonijiet tas-sigurtà japplikaw speċifikament għall-Istati Membri ta' l-UE. Dawn għandhom jiġu osservati b'mod strett biex tkun żgurata l- konformità mad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx. Stati li mhumiex membri ta' l-UE għandhom ukoll ikunu konformi ma' dan li ġej ħlief jekk dawn ikunu sostituti mill-Istandards lokali jew Nazzjonali.
1.Konnessjonijiet adegwati ta' l-ert għandhom isiru għall-punti kollha ta' l-ert, interni u esterni, fejn ikun ipprovdut.
2.Wara l-installazzjoni jew meta tipprova ssolvi xi problema, l-għatjien kollha tas-sigurtà u l-erts tas-sigurtà għandhom jitpoġġew lura f'posthom. L-integrità tat-terminali kollha ta' l-ert għandha tinżamm f'kull ħin.
3.Il-wajers tal-provvista tad-dawl għandhom ikunu konformi ml-ħtiġijiet ta' IEC227 jew IEC245.
4.Il-wiringkollu għandu jkun adattat għall-użu f'temperatura ta' l-ambjent ta' iktar minn 75°C.
5.Il-glandstal-kejbils kollha li jintużw iridu jkunu ta' daqs intern tali li jipprovdu ankoraġġ adegwat lill-kejbil.
6.Biex tiżgura t-tħaddim sigur ta' dan it-tagħmir, il-konnessjoni mal-provvista tad-dawl għandha ssir biss permezz ta' circuit breaker li jiskonnetta l-kondutturi kollha li jkunu jġorru ċ-ċirkuwiti f'sitwazzjoni meta jkun hemm il-ħsara. Is-circuit breaker jista wkoll jinkludi swiċċ li jiżola li jaħdem b'mod mekkaniku. Jekk dan ma jkunx il-każ, mezz ieħor ta' kif it-tagħmir jiġi skonnettjat minn mal-provvista tad-dawl għandu jkun ipprovdut, u jkun immrkat b'mod ċar li hu hekk. Is-circuit breakers jew swiċċijiet iridu jkunu konformi ma' standard rikonoxxut bħal IEC947. Il-wiringkollu jrid ikun konformi ma' l-istandards lokali, jekk ikun hemm.
7.Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin, x'aktarx li jkun hemm vultaġġi perikolużi taħthom. Dawn l-għatjien għandhom jitneħħew biss meta titneħħa l-provvista tad-dawl mit-tagħmir - u minn ħaddiema tal-manutenzjoni mħarrġa biss.
8.Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin, ikun hemm periklu mill-uċuħ jaħarqu li jkun hemm taħthom. Dawn l-għatjien għandhom jitneħħew biss minn ħaddiema tal-manutenzjoni mħarrġa meta titneħħa l-provvista tad-dawl mit-tagħmir. Ċerti wċuħ jistgħu jibqgħu jaħarqu meta tmisshom.
9.Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin, irreferi għall-Manwal ta' l-Operatur għall-istruzzjonijiet.
10.Is-simboli grafiċi kollha użati f'dan il-prodott huma minn wieħed jew iktar mill-istandards li ġejjin: EN61010-1, IEC417, u ISO3864.
11. Fejn it-tagħmir u t-tikketti huma mmarkati bil-kliem “Tiftaħx Meta Jkun Enerġizzat” jew kliem simili, hemm periklu ta' nar f'żoni fejn atmosfera esplossiva hi preżenti. It-tagħmir għandu jinfetaħ biss meta l-provvista tad-dawl tkun mitfija u jkun għadda ħin biżżejjed, kif speċifikat fuq it-tikketta jew fil-manwal ta' l-istruzzjonijiet, biex it-tagħmir ikun kesaħ
– u t-tagħmir għandu jinfetaħ biss minn staff li jkun imħarreġ.